Gwerra dinjija Nukleari issa hija f’periklu reali bil-Gran Brittanja u l-Pajjizi tan-NATO jkunu fil-mira leġittima, wissa l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja.

Sergei Lavrov qal li r-riskju tat-Tielet Gwerra Dinjija issa huwa konsiderevoli u m’għandux jiġi sottovalutat.

Lavrov akkuża lill-forzi tan-Nato li ferrgħu żejt fuq in-nar billi pprovdew armi lit-truppi Ukraini u sostna li r-Russja riedet tipprevjeni gwerra nukleari akkost ta’ kollox.

F’intervista ma’ aġenziji tal-aħbarijiet Russi, huwa qal: “Din hija l-pożizzjoni ewlenija tagħna li fuqha nibbażaw kollox. Ir-riskji issa huma konsiderevoli.

“Ma nixtieqx ngħolli dawk ir-riskji b’mod artifiċjali. Ħafna jixtiequ hekk. Il-periklu huwa serju, reali, U m’għandniex nissottovalutawh.”