F’messaġġ fuq il-paġna ta facebook l-għaqda tal-Mużika San Gejtanu fil-Ħamrun ħabbret li Wara l-laqgħa ġenerali li għaddiet,  is-Sur Joseph Portelli ġie approvat bħala President Onorarju tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu!

L-imprenditur Portelli li huwa l-president tal-Ħamrun Spartans huwa wieħed mill-aktar persuni maħbuba fil-Ħamrun u dan anke għal fatt li taħt it-tmexxija tiegħu wasal l-ewwel rebħ tal-kampjonat fi 30 sena.