Din il-ġimgħa qed tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ San Guzepp, l-ewwel Festa fuq barra fil-lokalità tal-Ħamrun wara nuqqas ta sentejn minħabba l-pandemija.

Nhar il-Ġimgħa ser ikun jiġi organizzat Kunċert ta’ marċi brijuzi minn piccola banda tas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp. Matul dan il-kunċert se jiġi inawgurat għall-ewwel darba Innu Popolari lil San Ġużepp, kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Justin Martin.

Is-Sibt 30 ta’ April, Ikla tal-festa organizzata mill-Kummisjoni Żgħażagħ Ġużeppini.

Il-Hadd 1 ta’ Mejju Quddiesa solenni fil-Knisja Arċipretali bis-sehem tal-Banda. Iqaddsu Fr. Ray Calleja O. Carm., Fr. Renald Lofreda O. Carm. u l-Arċipriet.

Fil-11 ta filgħodu, l-ewwel banda Ħamruniża ser tkun l-ewwel banda li daqqet fit-toroq tal-Ħamrun wara l-pandemija b’Marċ mill-Blata l-Bajda sal-Kazin.

Il-Banda, flimkien mal-membri tal-kumitat u kummisjonijiet, jakkumpanjaw il-purċissjoni ta’ San Guzepp tul ir-rotta kollha fis-7 ta filghaxija.

Daqq ta’ innijiet quddiem il-knisja arċipretali li jilħaq il-qofol tiegħu bid-dħul tal-purċissjoni fil-knisja fid- 9:30pm.