Chelsea jistgħu jitkeċċew mill-Premier League l-istaġun li ġej jekk it-taħditiet dwar bejgħ tal-klabb jispiċċaw.

Dan wara li Roman Abramovich talab li l-£1.6billjun li sellef lill-klabb permezz ta’ investiment jitħallsu lura b’mod sħiħ bħala parti mill-bejgħ.

Il-ko-proprjetarju ta’ LA Dodgers, Todd Boehly, huwa mifhum li hu preferut li jkun is-sid il-gdid tal-klabb ta’ Londra wara li ntgħażel minn Raine Group.

Iżda hemm riskju li t-taħditiet jintemmu u kwalunkwe ftehim jiġi mblukkat hekk kif Chelsea issa qed jitolbu bidla fil-proċess

Abramovich inizjalment qal li ma riedx is-self tal-flus lura.

Iżda l-Blues issa qed jargumentaw li d-dejn “dovut” lil Abramovich għandu jintbagħat bħala parti mill-qligħ mill-bejgħ lil Camberley International Investment ibbażat f’Jersey.