L-ewwel fl-Ewropa! L-irġiel Maltin jiġu l-ewwel fl-Ewropa fejn jidħol piż żejjed.
Skont l-istatistika tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, aktar minn tliet kwarti tal-irġiel f’Maltin għandhom piż żejjed u din hija meqjusa bħala l-ogħla rata fost it-52 pajjiż fil-kontinent Ewropew.
Aktar minn 60% tan-nisa Maltin ukoll għandhom piż żejjed u dan jagħmilhom it-tieni l-aktar nisa ħoxnin fl-Ewropa.
Il-World Obesity Federation qed tbassar li l-problema f’Pajjiżna se tkompli tigrava u sa 8 snin oħra ser ikollna terz tal-popolazzjoni adulta meqjusa bħala ħoxna.