Ir-Russja invadiet l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar, iżda l-President Vladimir Putin saħaq li t-truppi tiegħu qed iwettqu “operazzjoni militari speċjali” minflok ma jiddikjaraw gwerra.

Madankollu, uffiċjali u analisti tal-Punent jemmnu li dan jista’ jinbidel fid-9 ta’ Mejju, jum simboliku għar-Russja, b’dikjarazzjoni formali ta’ gwerra li se twitti t-triq għal Putin biex iżid il-kampanja tiegħu.

Id-9 ta’ Mejju, magħruf bħala “Jum il-Vitorja” ġewwa r-Russja, ifakkar it-telfa tal-pajjiż tan-Nazi fl-1945.

Hija mmarkata minn parata militari f’Moska, u l-mexxejja Russi tradizzjonalment joqgħodu fuq il-qabar ta’ Vladimir Lenin fi Pjazza l-Ħamra biex josservawh.

Uffiċjali tal-Punent ilhom jemmnu li Putin se jisfrutta s-sinifikat simboliku u l-valur ta’ propaganda tal-ġurnata biex iħabbar jew kisba militari fl-Ukrajna, eskalazzjoni kbira ta’ ostilitajiet.