Il-pandemija tal-Covid ikkawżat l-imwiet ta’ kważi 15-il miljun ruħ madwar id-dinja, qed tghid l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Dan huwa 13% aktar imwiet milli kien mistenni fuq sentejn.

Il-WHO temmen li ħafna pajjiżi ma għaddux biżżejjed in-numri li mietu minn Covid u ġew irrappurtati biss 5.4 miljun.

Fl-Indja biss kien hemm 4.7 miljun mewta relatata mal–Covid, 10 darbiet aktar miċ-ċifri uffiċjali u jammontaw għal kważi terz tal-imwiet bil-Covid globalment.