Raġel ta’ 38 sena minn Marsaxlokk tilef ħajtu traġikament wara inċident ikrah fil-Wasteserv fil-Marsa.

Il-vittma li ġie identifikat bħala Joseph Ellul ta’ 38 sena minn Marsaxlokk allegatament waqa’ fil-parti ta’ l-inċineratur fih jitqatta’ l-laħam qabel jinħaraq.

Minnufih wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei fuq il-post, imma sfortunatament, huwa ġie ċċertfikat mejjet fuq il-post.