Il-ġganti fil-qasam tal-‘Video games’ Electronic Arts se tieqaf milli tkompli tagħmel il-logħba tal-futbol FIFA.

Minkejja li FIFA hijawaħda mill-marki l-aktar profittabbli fl-istorja tal-logħob, l-ispiża tal-liċenzja kienet raġuni ewlenijja għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li titwaqqaf is-sħubija.

EA se tkompli tagħmel logħob tal-kompjuter tal-futbol, iżda mill-2023 se jidħlu taħt isem ġdid, EA Sports FC.

Il-Fifa qalet li qed tippjana li tirrilaxxa l-logħob rivali tagħha stess, u tgħid: “L-isem tal-FIFA huwa l-uniku titolu globali u oriġinali.”

EA Sports ħarġet l-ewwel logħba tal-Fifa fl-1993 u minn dakinhar ilu jieħu ħsieb il-franchise ta’ di il-logħba popolari.

Filwaqt li l-mekkaniżmi tal-logħob u l-modi ewlenin tal-logħob se jkunu simili għal dak li l-plejers bdew jistennew f’dawn l-aħħar snin, din il-bidla x’aktarx se tara li t-titlu joffri firxa usa ta’ esperjenzi oħra, lil hinn mill-abbiltà li jilagħbu.