Lyndsay Pace hija kantanta stabbilita f’pajjiżna u ħadet sehem f’diversi festivals nazzjonali fosthom Mużika Mużika li għadu kif sar riċentement. Bħalissa Lyndsay qed tiffoka fuq l-ewwel album tagħha li propju ħiereġ dan is-sajf permezz ta’ kunċert live.

Hija fil-fatt għadha kif ħarġet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ “Hanging” kif ukoll vidjo lirikali b’kollaborazzjoni mat-tim tagħha ġewwa l-Ingilterra Highkey Music. Wieħed jista’ jisma’ l-kanzunetti ta’ Lyndsay fuq il-pjattaformi diġitali kollha bħal Spotify, iTunes kif ukoll Apple Music.

Lyndsay jispira biex tkompli tevolvi fil-karriera mużikali tagħha u kontinwament tibqa’ taħdem biex tilħaq livell professjonali f’dak kollu li tagħmel.