Illejla tasal fi tmiem it-tieni sensiela tal-programm Mid-Dinja Ħamrun fuq Radio 105 bil-mistiedna speċjali Joseph Portelli u Marcel Bonnici.

Preżentat minn Louis Vella, il-programm mid-Dinja Hamrun laqqana ma diversi esponenti mill-klabb tal-Ħamrun Spartans tul dawn l-ahhar sentejn u grazzi għal ħafna persuni li ddedikaw ħin għal dan il-programm, illum sar appuntament regolari mal-partitarji kull xahar.

Il-Programm jixxandar LIVE mill-istudios ta’ Radio 105 illejla fil-ħin tas-7pm u tistgħu isegwu fuq Radio 105, fuq www.radio105.mt u l-paġna ta’ Facebook 105 FM