Rapporti li qed jiċċirkolaw qed jgħidu li f’Malta feġġ l-ewwel każ tal-ġidri tax-xadini ‘Monkeypox’

L-istess rapport qed jgħidu li dan ser jiġi kkonfermat mill-Awtoritajiet fil-ħin li ġej.

Intant il-kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissa li d-dinja qed tiffaċċja sfidi “formidabbli”, inkluż il-Covid, il-gwerra fl-Ukrajna u l-ġidri tax-xadini.

Tedros Adhanom Ghebreyesus kien qed jitkellem f’Ġinevra, fejn l-esperti tal-aġenzija tas-saħħa tan-NU kienu qed jiddiskutu t-tifqigħa tal-ġidri tax-xadini fi 15-il pajjiż barra l-Afrika.

Aktar minn 80 każ ġew ikkonfermati fl-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u l-Iżrael u x’aktarx f’Malta.

Madankollu, ir-riskju għall-pubbliku ġenerali jingħad li huwa baxx.

Monkeypox – il-virus li huwa l-aktar komuni f’partijiet remoti tal-Afrika Ċentrali u tal-Punent – m’għandux it-tendenza li jinfirex faċilment bejn in-nies u l-marda hija ġeneralment ħafifa.