Alessandro Renica u Antonio Carranante li kienu jilgħabu fit-tim ta’ Napoli fi żmien Maradona kienu mistiedna speċjali fuq Radio 105.

Alessandro Renica qal li l-festagjamenti li kien hemm bil-belt ta’ Napli meta rebħu l-ewwel kampjonat kienu xihaga fenominali u daghmu sejrin 40 jum.

Mistoqsi minn Manuel Chircop dwar kif jiddeskrivi l-esperjenza li lagħab u fl-istess tim ma Diego Armando Maradona, Renica qal li Maradona kien leader u kien Maħbub anke minn players avversarji, kompla billi qal li minkejja kollox Maradona kien persuna umli u ħabib.

Antonio Carranante qal li għadu jsegwi lit tim ta Napoli sal-llum il-ġurnata u sostna li la darba tkun missejt ma dan il-klabb tibqa tissaportjah.

Renica u Carranante kienu f’Malta fuq stedina ta’ Napoli Club (Malta) li qed jiċċelebra it-30 sena mit-twaqqif tal-klabb.

Segwu l-filmat.