Il-band Depeche Mode ħabbret il-miet Andy Fletcher il-keyboardist tagħhom.

Fi stqarrija l-grupp qal “xxokkjati u mimlija dieqa kbira bil-mewt qabel iż-żmien tal-għażiż ħabib tagħna, membru tal-familja, u sieħeb tal-grupp”.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-keyboardist kellu “qalb tad-deheb” u “qlubhom huma mal-familja tiegħu”.

Fletcher, li kellu 60 sena, kien membru fundatur tal-band li sabu suċċess bil-ħoss elettroniku tagħhom b’suċċessi fosthom Personal Jesus, New Life, Enjoy the Silence u Just Can’t Get Enough.