F’Londra, eluf ta’ nies għarwiena, parzjalment jew kompletament, ħadu sehem fil-“World Naked Bike Ride 2022”, protesta annwali kontra l-vizzju taż-żejt u l-kultura tal-karozzi, u b’appoġġ għad-drittijiet taċ-ċiklisti u l-libertà tal-ġisem.

Dan l-avveniment beda fl-2004, u jsir f’diversi bliet madwar id-dinja fil-bidu u fl-aħħar tas-sajf.