Il-ġimgħa li tara l-bidu uffiċjali tal-istaġun tas-sajf mistenni li ġġib magħna mewġa tas-sħana fuq iċ-ċentru tal-Mediterran bil-possibbiltà li tolqot il-gżejjer Maltin.

Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li t-temperaturi fuq Sqallija u ċ-ċentru tal-Mediterran mistennija jaqbżu l-40 grad tul din il-ġimgħa fejn is-sħana mistennija tkun l-aktar qalila bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.