Raġel armat qatel tliet persuni u darab oħrajn, tlieta minnhom b’mod kritiku, f’wieħed mill-akbar shopping malls tad-Danimarka.

Żagħżugħ ta’ 22 sena ġie arrestat u akkużat bl-attakk li qanqal paniku fost ix-xerrejja fil-Mall fin-Nofsinhar ta’ Kopenħagen.

Il-Kap tal-Pulizija Soeren Thomassen qal li l-mottiv mhuwiex ċar u ma jistax jeskludi “att ta’ terroriżmu”.

Il-Prim Ministru Mette Frederiksen qalet li d-Danimarka sofriet attakk krudili.

Filwaqt li bagħtet il-kondoljanzi lil dawk li tilfu lill-maħbubin u l-qraba tagħhom, qalet li riedet tħeġġeġ lid-Daniżi biex joqgħodu flimkien u jappoġġjaw lil xulxin f’dan iż-żmien diffiċli.

“Id-Danimarka ntlaqtet minn attakk krudili l-Ħadd bil-lejl,” qalet Mette Frederiksen. “Diversa nqatlu. Familji innoċenti li kienu jixtru jew jieklu barra. Tfal, adoloxxenti u adulti.”