Fit-toroq, fil-pjazez, fil-każini, fid-djar u fuq il-postijiet tax-xogħol, bir-raġun kulħadd jitkellem fuq it-tim tal-Ħamrun Spartans.

L-iSpartans kellhom wirja ohra stupenda fil-Bożnija Ħerzegovina u quddiem eluf ta partitarji ta’ Velez Mostar, il-Ħamruniżi ħarġu rebbieħa 1 – 0.

Ma’ l-ewwel minuti tal-partita Ħamrun urew il-potenzjal tagħhom u mill-ewwel dehru li se jkunu ta’ sfida denja għat-tim Velez Mostar.

Il-gowl tar-rebħa Ħamruniża wasal fl-ewwel taqsima mill-Internazzjonali Malti Matthew Guillaumier fost ċelebrazzjonijiet mil-partitarji Mahrunizi preżenti fil-Bożnija Ħerzegovina u eluf oħra li segwew il-patita fuq it-Televiżjoni.

L-istennija għal partita ta ritorn issa hija waħda akbar fejn il-ġimgħa d-dieħla mistenni li naraw attendenza kbira fis-Centenary Stadium.

Dan ir-riżultat fisser ġimgħa pożittiva għat-timijiet Maltin fl-Ewropa wara rebħa ta Hibernians 3- 2 fuq Levadia Tallin tal-Estonja u draw ta 2 – 2 bejn Gżira United u Radnicki