Reġina Eliżabetta II, l-iktar monarka li qatt irrenjat fid-dinja, mietet fl-età ta’ 96 sena.

AKTAR KMIENI

Eżatt wara 12.30 ta’ waranofsinhar, Buckingham Palace ħareġ stqarrija fejn qal li t-tobba tar-Reġina Eliżabetta huma mħassba dwar saħħetha, u rrakkomandaw li tibqa taħt sorveljanza medika.

Ftit wara li harget l-aħbar it-tfal kollha tar-Reġina kienu diġà magħha fil-Kastell Balmoral fl-Iskozja jew qed jivvjaġġaw biex ikunu magħha.

Il-Prinċep Charles, Camilla u l-Prinċipessa Anne jinsabu Balmoral.

Il-Prinċep William, in-neputi l-kbir tar-Reġina u t-tieni fil-linja għat-tron, jinsab fi triqtu hemmhekk, filwaqt li martu Kate, id-Dukessa ta’ Cambridge, baqgħet Windsor hekk kif uliedha jinsabu fl-ewwel ġurnata sħiħa fl-iskola l-ġdida tagħhom.