Il-President ta’ Ħamrun Spartans is-sur Joseph Portelli qal li l-għan ta’ Ħamrun Spartans hi li jirbħu l-league, it-trophy u jaslu fil-fażi tal-gruppi fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Sostna dan waqt il-programm Mid Dinja-Ħamrun, preżentat minn Louis Vella fuq Radio 105 fejn qal li din hija xewqa mhux żgħira imma jekk mhux ser inkunu kapaċi li nirbħu il-league u trophy mhux ser inkunu kapaċi nidħlu fl-Ewropa. Is-sur Portelli kompla billi qal “joqgħodu jiġbiduli toqgħodx titkellem hekk, għax it-timijiet joħorġu għalik. Ma jinteressanix, jinteressani biss li l-Hamrux xi darba jaslu fil-gruppi. Irrid li timijiet joħorġu għax jekk mhux ser inkunu kapaċi nirbħu hawn mhux ser inkunu kapaċi nirbħu barra.”

Fil-program ġie żvelat ukoll mill-kap eżekuttiv is-sur Marcel Bonnici li l-klabb Ħamruniż kellhu spiża ta’ 360 elf euro f’titjiriet għal partiti li ntlagħbu fl-Ewropa. Is-sur Bonnici spjega wkoll dwar kif il-following kompla jiżdied fejn fil-ġimgħat li l_Ħamrun kienu mpenjattivi fl-Ewropa fuq il-paġna ta’ Facebook daħlu 408 elf persuna li għall- Malta dawn huma figure fenomenali.

RITRATT: Gabriel Cassar