Ben Laferla ta 21 sena minn Naxxar tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi is-Sibt li għadda.

Il-vittma kien fost 4 persuni li kienu fil-karozza misjuqa minn tfajla ta’ 17-il sena li tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ġo ħajt.

Fl-istess inċident, is-sewwieqa tfajla ta’ 17-il sena u Żvizzeru ta’ 20 sena sofrew ġrieħi ħfief waqt li tfajla oħra ta’ 19-il sena miċ-Ċili sofriet ġrieħi gravi.

Ritratti: Pulizija ta’ Malta/Facebook