Ir-rapper Amerikan Coolio, magħruf għas-suċċess emblematiku tiegħu Gangsta’s Paradise, iet fl-età ta’ 59 sena.

Il-manager tiegħu, Jarez Posey, qal lill-midja Amerikana li l-artist instab mitluf minn sensih fl-art tal-kamra tal-banju fid-dar ta’ ħabib tiegħu f’Los Angeles.

Coolio beda jagħmel il-mużika fis-snin tmenin, iżda kkonsolida postu fl-istorja tal-hip hop meta ħareġ il-klassika Gangsta’s Paradise fl-1995.

Il-kawża eżatta tal-mewt tiegħu għadha ma ġietx żvelata.

Madankollu li l-paramediċi jemmnu li seta’ kellu attakk tal-qalb.

Coolio, li ismu proprju huwa Artis Leon Ivey Jr, rebaħ Grammy għal Gangsta’s Paradise, li kienet parti mis-soundtrack tal-film Dangerous Minds b’Michelle Pfeiffer bħala attriċi prinċipali.