“Our Music, Your Memories” huwa l-motto ta’ Radio 105 Retro, it-tieni stazzjon imniedi minn Radio 105.

Dan l-istazzjon diġitali ser ikun qed jibbaża fuq mużika li ħarġet mis-sena 1970 u sena 2009, 40 sena ta memorji mużikali.

Radio 105 Retro huwa disponibbli fuq Smart Speakers, Online Apps u fuq www.radio105.mt

Meta tkellem ma din il-paġna il-kap eżekuttiv ta’ Radio 105 qal “Iż-żminijiet inbidlu u dan ġab tibdil ukoll anke fuq ir-radju tradizzjonali, għall-daqstant ridna nagħmlu ċert li aħna ninbidlu wkoll” kompla billi qal “105 Retro ser ikun l-ewwel minn 4 stazzjonijiet ġodda li ser ikun qed jopera fuq Radio 105 Network

Fil-ġimghat li ġejjin ser ikun varat Radio 105 Christmas.

Isma Radio 105 Retro : http://radio105.mt/retro/