Kmieni dalgħodu mill-inqas tliet splużjonijiet instemgħu fil-kapitali Ukrena Kyiv, f’dak li qed jitqies bħala attakk kamikazi bid-drones.

Is-Sindku Vitalii Klitschko qal li l-bini residenzjali fiż-żona ċentrali ta’ Shevchenkivskiy ġarrab ħsarat.

Dan l-attakk seħħ ġimgħa wara li l-kapitali ntlaqtet minn diversi missili Russi, f’attakk fuq livell nazzjonali li ħalla 19-il mejta.