Ħamrun Spartans komplew jikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika b’rebħa oħra kontra Gżira United.

Kienu Gżira li marru fil-vantaġġ fil-25 minuta b’gowl ta’ Tabone minn corner. L-ispartans jirrispondu b’gowl ta’ Elvis 8 minuti wara.

Fit-tieni taqsima Ħamrun kellhom aktar kontroll tal-logħba u kellu jkun is-sostitut Luke Montebello b’gowl fil-81 minuta issiġilla ir-rebħa Ħamruniża fuq l-eqreb rivali tagħhom Gżira United.