Minħabba l-funeral tal-eks Prim Ministru Dr Karmenu Mifsud Bonnici, Transport Malta tixtieq tavża b’dawn l-arranġamenti tat-traffiku fil-Jum tat-Tnejn fil-Ħamrun.

Bejn 6am u u 3:30pm se ssir clearance minn Triq Mile End; Triq Manuel Magri kantuniera ma’ Triq il-Fatat sa Triq Manuel Magri kantuniera ma’ Triq Villambrosa; u Triq il-Kappillan Mifsud kantuniera ma’ Triq Ġużè Maria Camilleri sa Triq Manuel Magri.

Fis-2pm dawn it-toroq se jkunu qed jingħalqu għat-traffiku: Triq P. Xuereb kantuniera ma’ Triq il-Kbira San Ġużepp sar-roundabout ta’ St Luke’s; Triq Manuel Magri kantuniera ma’ Triq San Luqa sa Triq Manuel Magri kantuniera ma’ Triq Villambrosa u Triq il-Kappillan Mifsud sa kantuniera ma’ Triq Ġużè Maria Camilleri.

Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija u Transport Malta se jkunu fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku.