Għal ħafna nies, kikkra tal-kafè sħuna filgħodu hija parti mir-rutina ta’ kuljum tagħhom.

Iżda esperta wissiet kontra dan billi qalet li dan jista’ jaffetwa l-ormoni tiegħek.

It-terapista nutrizzjonali Olivia Hedlund qalet li l-konsum tal-Kafe fuq stonku vojt jista’ jikkawża f’ġismek stress għoli.

Olivia, li hija prattikanta kwalifikata tat-terapija nutrizzjonali f’Livingwell, fl-Awstralja spjegat: “Meta tiegħu Kafè filgħodu int tkun qed tħawwad l-ormoni tiegħek. Il-kafè huwa aċiduż, u għalhekk huwa diffiċli għall-istonku tagħna filgħodu.

“Imma litteralment iġġiegħel lill-ġisem tagħna jidħol f’rispons għall-istress biex jispara l-kortisol.

“Hu għalhekk li xi nies iħossuhom nervużi meta jixorbu kafè fuq stonku vojt filgħodu.”