Aktar kmieni illum it-Tnejn ittellgħu l-poloz tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League f’Nyon. Liverpool u Real Madrid hija l-aktar partita li tispikka f’dan ir-rawn li qed tlaqqa’ flimkien żewġt ġganti fil-futbol Ewropej u l-finalisti tas-sena l-oħra.

Żewġt konfronti oħra interessanti ser ikunu AC Milan kontra Tottenham u Paris Saint-Germain kontra Bayern Munich.

Il-logħob jissokta fi Frar bl-ewwel leg jintlagħab fl-14, 15, 21 u 22, waqt li l-partiti ta ritorn ikunu fis 7, 8, 14 u 15 ta’ Marzu .

RB Leipzig (GER) v Man City (ENG)

Club Brugge (BEL) v Benfica (POR)

Liverpool (ENG) v Real Madrid (ESP)

AC Milan (ITA) v Tottenham (ENG)

Eintacht Frankfurt (GER) v SSC Napoli (ITA)

Borussia Dortmund (GER) v Chelsea (ENG)

Inter (ITA) v Porto (POR)

Paris Saint-Germain (FRA) v Bayern Munich (GER)