Ir-residenti fi Florida qed jippreparaw għall-Uragan Nicole, li mistenni jolqot ix-Xlokk jew il-Lvant ta’ Florida illum il-Ħamis.

Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Uragani (NHC) qal li minn maltempata tropikali Nicole issa huwa fil-kategorija ta uragan wara li r-riħ laħaq qawwa ta 120 kilometru fis-siegħa.

Filmati juru residenti f’Daytona Beach jwaħħlu njam fuq it-twieqi ta’ djarhom u tan-negozji hekk kif l-uragan qed joqrob mill-kosta Atlantika tal-istat.

Titjiriet diġà twaqqfu waqt li waqaf ukoll l-operat ta parks u għalqu l-iskejjel.