Teletubbies hija serje televiżiva Ingliża għat-tfal maħluqa minn Anne Wood u Andrew Davenport għall-BBC. Il-programm jiffoka fuq erba’ karattri ta’ kuluri differenti magħrufa bħala t-Teletubbies, li jisimhom wara l-iskrins tat-televiżjoni fuq żaqqhom. Rikonoxxuti tul il-kultura popolari għall-antenna b’forma unika li toħroġ’il barra mir-ras ta’ kull karattru, it-Teletubbies kienu ddisinjati biex jixbħu lit-tfal żgħar.

Is-serje malajr saret suċċess kummerċjali u rebħet bosta premjijiet BAFTA u kienet nominata għal żewġ Emmys. Id-diska bit-tema ta l-istess serje kienet laħqet in-numru 1 fir-Renju Unit f’Diċembru 1997 u baqgħet fit-Top 75 għal 32 ġimgħa, u biegħet aktar minn miljun kopja.

Għalkemm is-serje oriġinali ntemmet fl-2001 wara 485 episodu, reboot ser ikun fuq Netflix fl-14 ta’ Novembru, 25 sena wara li Telettubies dehru għal l-ewwel darba fuq it-televiżjoni.