Mietet il-kantanta ta’ Fame u Flashdance Irene Cara fl-età ta’ 63 sena.

L-istilla tas-snin 80 tibqa’ magħrufa l-aktar għat-tema emblematika ta’ Flashdance – What A Feeling – u rebħet il-Premju tal-Akkademja għall-Aħjar Kanzunetta Oriġinali.

Hija kellha wkoll ir-rwol ta ‘Coco Hernandez fil-film Fame tas-sena 1980.

Il-kelliema għal Irene Cara, Judith Moose qalet li l-kantanta kienet mietet fid-dar tagħha f’Miami, Florida.

“Huwa b’dieqa profonda li f’isem il-familja tagħha nħabbar il-mewt ta’ Irene Cara,” qalet l-istqarrija.