Għada kemm thabbrtet il-mewt ta’ Carmen Tanti tal-grupp folk ‘Greenfields’

Kienet it-tifla tagħha Myra li ħabbret dan b’messaġġ fuq Facebook.

Carmen li flimkien ma żewġha Joe tawna ħafna kanzunetti Maltin li jibqgħu popolari għal dejjem, Carmen kienet ukoll parti mit-team ta’ Radio 105 (Galaxy) fis-snin bikrija tiegħu.

Meta tkellem ma dan is-sit, il-preżentatur ta’ dan l-istazzjon is-sur Manuel Chircop qal: “Ninsab ixxukjat u mnikket bl-aħbar, Carmen flimkien ma’ żewġha Joe kienu żewġt persuni kont ħdimt ħafna magħhom fil-bidu tal-karriera tiegħi fix-xandir lura fis-sena 1993 u l-ħbiberija sinċiera tagħhom ma tmut qatt”

Strieh fis-Sliem Carmen….. Inhobbuk għal Dejjem!

Ritratt: Facebook