Illum il-Ġimgħa mistennija tkun l-aktar ġurnata sħuna f’Diċembru fl-aħħar 60 sena hekk kif firxa ta’ pressjoni baxxa li ser testendi minn fuq l-Italja sa fuq it-Tuneżija mistenni ġġib magħha temperatura ta’ 25 gradi celsius

Jekk tintlaħaq din it-temperatura jkun ifisser li illum ser inkunu qed nesperjenzaw l-aktar ġurnata sħuna ta’ Diċembru fl-istorja.

L-aktar temperatura għolja li qatt ġiet rreġistrata f’Malta fix-xahar ta’ Diċembru kienet ta’ 24.3 gradi celsius li tkejjlet fl-1963.