Mill-inqas 28 persuna mietu fil-punent tal-Istat ta’ New York, il-biċċa l-kbira tagħhom f’Buffalo, hekk kif maltempata kbira bil-borra qed tkompli taħkem lill-Amerika ta’ Fuq.
Uffiċjal tal-istat qal li xi nies ilhom maqbuda fil-karozzi għal aktar minn jumejn matul dik li “probabbilment” kienet l-agħar maltempata ta’ ħajjithom.
Sa disa’ pulzieri oħra (23 ċm) ta’ borra huma mistennija f’partijiet tal-istat illum it-Tlieta, qed iwissu meteorologi.
Il-maltemp li qed jiġġebbed mill-Kanada sal-fruntiera Messikana qatel 56 persuna.
Il-President Amerikan Joe Biden approva dikjarazzjoni ta’ emerġenza li tippermetti appoġġ federali għall-Istat ta’ New York. “Qalbi hija ma’ dawk li tilfu lill-għeżież fi tmiem il-ġimgħa tal-vaganzi,” huwa qal fuq twitter.