Il-ħwienet tal-kotba madwar Londra fetħu f’nofsillejl biex ilaħħqu mad-domanda għall-ktieb tal-Prinċep Harry wara li uffiċjalment ħareġ għall-bejgħ.
Nies li kienu fil-kju biex jixtru kopja stampata tal-ktieb ‘Spare’ iddeskrivew li jridu jisimgħu l-istorja “minnhu stess”.
Dan isegwi t-tnedija kaotika ta ‘Spare b’ħafna tnixxijiet u kopji li saru disponibbli fi Spanja l-ġimgħa li għaddiet.
Waterstones qed tgħid li l-ktieb tal-Prinċep Harry kien wieħed mill-“akbar titoli ta’ pre-ordni għal għexieren ta’ snin”.
Il-bejjiegħa tal-kotba fetħu l-fergħa ewlenija tagħhom ta’ Piccadilly kmieni fost l-istennija ta’ domanda kbira tal-klijenti, peress li l-ktieb ġie ppubblikat madwar id-dinja b’16-il lingwa.