Mara Torka ta’ 30 sena tilfet ħajjitha wara li ttajjret minn vettura tat-tip BMW fi triq Testaferrata, l-Gżira għall-ħabta tas-1am.

Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti Ħal Lija. Is-sewwieq kien arrestat wara li allegatament kien aggressiv fil-konfront tal-vittma u anke tal-Pulizija tant li kellhu jiġi użat taser biex jikkontrollawh

Il-vettura baqgħet dieħla fi stabbiliment tal-ikel bil-konsegwenza li kissret il-ħġieġ tal-istess stabbiliment li f’dak il-ħin ma kienx hemm nies go fih.

Il-mara Torka ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Ritratt: Malta Police