Rapporti mhux konfermati fuq il-midja lokali qed jindikaw li l-internazzjonali Malti Joseph Mbong ser ikompli il-kumplament ta l-istaġun ma’ Ħamrun Spartans.

Mbong ħalla Malta għal esperjenza b’self ma’ klabb fl-Iżrael fejn kollox jindika li din l-esperjenza ntemmet u ser ikun qed jirritorna maċ-Champions aspiranti Ħamrun Spartans.