Koppja Maltija xxerrdu posts fuq facebook il-Ħadd filgħaxija li kexkxu lill bosta, kienet il-Mara li tellat post u allegat li dak li għal dawn l-ahhar 21 sena kien żewġha raqad ma oħtha fejn ftit wara l-istess żewġha f’post ieħor qal li raqad ma oħt il-mara għax ħasibha Martu.

Fi ftit minuti kienu bosta dawk li kkumentaw fuq iż-żewġt posts li ġew imħassra xi ħin wara.

Fost il-kummenti komuni kien hemm li battibekki familjari ma għandhomx jiġu mxerrda fuq il-midja soċjali, waqt li oħrajn qalu xkienu jagħmlu f’sitwazzjoni simili.

Radio105.mt qed itella’ din l-istorja mingħajr ma qed jikxef l-identità tal persuni involuti biex b’hekk inkunu qed noħolqu aktar kuxjenza dwar dak li jinkiteb fuq il-midja soċjali, fejn dak li tkun ktibt f’mument ta rabja jasal għand il-ħafna fi ftit minuti.