Oġġett tal-injam li nstab f’forti Ruman fuq il-Ħajt ta’ Hadrijan fis-sena 1992 inizjalment kien maħsub li kien għodda tal-ħjata, biss wara aktar riċerka qed jingħad li dan seta’ kien ġugarell sesswali tas-Seklu II.
Esperti qed jgħidu li l-oġġett, li nstab f’foss f’Vindolanda, jista’ jkun l-ewwel eżempju ta’ ‘dildo’ tal-injam li kien jintuża fl-imperu Ruman.
Madankollu, qalu li ma eskludewx li dan seta’ kien simbolu ta’ xorti tajba.
Hu mifhum li l-qies ta dan l-oġġett huwa ta ftit akbar minn 6 pulzieri.