It-Tlieta wara nofsinhar żagħżugħ weġġa’ wara li kien involut f’ħabta bl-iscooter ma karozza fil-Ħamrun.

Nies fuq il-post qalu li ż-żagħżugħ baqa’ dieħel f’karozza ta tip BMW li kienet ġejja fi triqtha mid-direzzjoni opposta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Materdei li wassal lill guvnott l-isptar.

Sa issa l-kundizzjoni taż-żagħżugħ għad mhux magħrufa.