READ IN ENGLISH [+]
Żewġt atleti partitarji kbar ta’ Ħamrun Spartans ma kellhomx għażla oħra ħlief li jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat fil-Portugal.
L-atleti Simon Borda u Keith Zahra kienu qed jipparteċipaw fin-nofs maratona fil-Portugal. Meta tkellmu ma’ Radio105.mt qalulna li għalkemm ma kienux Malta għall-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet riedu jiċċelebraw xorta waħda fil-Portugal… Ħamrun Dejjem u Kullimkien.
Ovvjament ma naqsux li jtellgħu magħhom banners u bandiera tal-iSpartans.
Prosit Simon u Keith…il-Ħamrun kburi bikhom!