L-eks stilla ta’ Playboy Holly Madison qalet li l-ewwel esperjenza tagħha li kellha sess ma’ Hugh Hefner kienet waħda trawmatika.
“Hu kien litteralment qabeż fuqi. U wara li ġara dak li kellhu jiġri, kont imbarazzata, u din l-esperjenza kellha impatt emozzjonali”
Holly,li llum għanda 41 sena, kienet il-partner tal-fundatur ta’ Playboy għal seba’ snin bejn l-2001 u l-2008.
Kienet fi klabb ma’ grupp ta’ nisa oħra meta Hefner stedinhom lura fil-mansion tiegħu.
“Minn hemm, is-sitwazzjoni eskalat malajr.”
Holly – eks stilla fis-serje televiżiva Amerikana Girls Next Door – ma kellha l-ebda ntenzzjoni li tinvolvi ruħha f’xi attivitajiet sesswali dak il-lejl.
“Ħsibt li se tkun aktar l-ewwel ‘date’ – anki jekk, ovvjament, mhix l-ewwel ‘data’ tradizzjonali ħafna,” qalet.