Fl-aħħar qed naraw id-dawl u jidher l-pandemija riesqa lejn it-tmiem tagħha.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-pandemija fl-Ewropa jidher li riesqa lejn it-tmiem waqt li diversi pajjiżi qed iħejju biex jibdew inaqqsu mir-restrizzjonijiet, u wara aktar min sentejn ta’ żmien diffiċli jista’ jkun li fil-ġejjieni qarib ser inkunu qed nirritornaw għal dak li konna qabel is-sena 2020.

Minkejja li l-istess WHO qed twissi li xorta waħda hemm bżonn ta’ kawtela huma bosta dawk li ma din l-aħbar bdew iħejju għal xi vaganza li qadu lura jagħlmu fil-ġranet tal-pandemija.

Jekk int persuna li behsiebek tmur vaganza fix-xhur li ġejjin, liema huwa dak il-pajjiż li qed tippjana li żżur?