Qed jidħlu rapporti li qed jiġu sparati missili fl-Ukrajna mill-Baħar l-Iswed.
Qed jiġu rrappurtati wkoll attakki mill-ajru f’numru ta’ żoni, f’eskalazzjoni apparenti ta’ vjolenza.
Il-Ministeru tal-Intern Ukren wissa liċ-ċivili fil-kapitali Kyiv li qed isir ġlied fit-toroq.
F’post fuq Facebook is-Sibt, il-ministeru qal:
“Qed isir ġlied attiv fit-toroq tal-belt tagħna. Jekk jogħġbok ibqa kalm u oqgħod attent kemm jista’ jkun!
Jekk tkun id-dar tmurx qrib it-twieqi, tmurx fil-gallariji. Inħeba ġewwa, pereżempju fil-kamra tal-banju, u għatti lilek innifsek b’xi ħaġa li tipprevjeni korriment minn frammenti tal-balal.
Jekk tisma’ sireni (“Air Alarm”) mur immedjatament fl-eqreb post għal kenn!