F’inċident seħħ il-bieraħ bil-lejl raġel ta’ 38 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bl-scooter fil-lokalità tal-Fgura.

Il-Pulizija qalet fi stqarrija, li r-raġel tilef il-kontroll tal-iscooter u ħabat ma’ ħajt.

Ir-raġel minn Raħal Ġdid ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.