Raġel ta’ 66 sena mir-Rabat tilef ħajtu traġikament wara li kien involut f’inċident bejn serkin u karozza fir-Rabat stess.

L-inċident seħħ fi Triq Ħad-Dingli meta l-vittma kien ma’ raġel ieħor ta’ 64 riekba fuq serkin ħabtu ma karozza oħra misjuqa min-mara ta 49 sena.

Fuq il-post waslu tim mediku u ambulanza li ħadu liż-żewġ irġiel l-isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li sofrew, b’wieħed minnhom miet kawża ta’ l-istess ġrieħi.