Ir-Russja qed tiċħad li se tiddikjara gwerra sħiħa fuq l-Ukrajna f’Jum il-Vitorja.
S’issa Moska ċaħdet li tinsab fi gwerra u minflok irreferiet għall-invażjoni tagħha fl-Ukrajna bħala “operazzjoni militari speċjali”.
Iżda uffiċjali tal-Punent spekulaw li l-President Vladimir Putin jista’ juża l-parata tal-llum biex iħabbar eskalazzjoni ta’ azzjoni militari.
L-istess uffiċjali fakkru li r-Russja dejjem ċaħdet li kellha xi intenzjoni li tinvadi l-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar u allura wieħed ma jista’ jieħu xejn b’sorpriża.
Jiġri x’jiġri llum, diffiċli tara li din il-gwerra tintemm malajr.