Il-kantant Amerikan ta’ ‘I Believe I Can Fly’ R. Kelly ġie kkundannat 30 sena ħabs talli uża l-istatus ta’ ċelebrità tiegħu biex jabbuża sesswalment minn tfal u nisa.
L-artist R&B ta’ 55 sena kien instab ħati f’Settembru li għadda fi New York ta’ reati ta’ racket u traffikar sesswali.
Huwa kien iffaċċja snin ta’ allegazzjonijiet u l-imħallef nhar l-Erbgħa qal li kellu “indifferenza għat-tbatija umana”.
L-avukati tal-kantant, li ismu proprju huwa Robert Sylvester Kelly, qalu li se jappellaw mis-sentenza.
Qabel is-sentenza tiegħu, numru żgħir ta’ nisa ħadu l-istand biex jikkonfrontaw lil Kelly.
Kelly irrifjuta li jagħmel stqarrija u ma rreaġixxiex hekk kif ingħata l-verdett.