Il-President Amerikan Joe Biden iddikjara li l-pandemija spiċċat fl-Istati Uniti, anke hekk kif in-numru ta ‘Amerikani li mietu minn Covid qed ikompli jiżdied.

Is-Sur Biden qal li filwaqt li “għad għandna problema”, imma s-sitwazzjoni qed titjieb b’rata tajba.

Il-kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ukoll qal il-ġimgħa li għaddiet li t-tmiem tal-pandemija huwa “fil-viċin”.

F’intervista mal-programm fuq CBS ‘60 Minutes’ imxandra nhar il-Ħadd, is-Sur Biden qal li l-Istati Uniti għadha qed tagħmel “ħafna xogħol” biex tikkontrolla l-virus.
L-intervista kienet parzjalment iffilmjata f’Detroit Auto Show, fejn il-president għamel ġest lejn il-folol.

Jekk tinnota, ħadd mhu liebes maskri,” u “Kulħadd jidher li jinsab f’forma pjuttost tajba” żied jgħid Biden.