Raġel ta’ 51 mill-Imqabba miet il-Ħadd filgħodu f’inċident li kien jinvolvi l-moħriet.

Il-pulizija kkonfermat it-traġedja, u qalet li seħħet f’għalqa f’Ħal Far fl-10.30am.

Rapporti qed jgħidu li l-vittma kien għadu kif temm ix-xogħol fl-għalqa tiegħu u kien sejjer id-dar bil-moħriet meta seħħ l-inċident li swielu ħajtu.
Fuq il-post għaddejja inkjesta maġisterjali, waqt li l-pulizija qed tinvestiga l-każ.